Aqbeż għall-kontentut

Martin Heidegger

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Martin Heidegger
Ħajja
Isem propju Martin Heidegger
Twelid Meßkirch (mul) Ittraduċi, 26 Settembru 1889
Nazzjonalità Repubblika ta' Weimar
Ġermanja Nazista
Ġermanja tal-Punent
Ġermanja
Mewt Freiburg im Breisgau, 26 Mejju 1976
Post tad-dfin Meßkirch (mul) Ittraduċi
Kawża tal-mewt kawżi naturali (infectious disease (en) Ittraduċi)
Familja
Konjuga/i Elfride Heidegger (en) Ittraduċi
Ulied
Aħwa
uri
Edukazzjoni
Alma mater Università ta’ Freiburg 1916) PhD fil-filosofija : teoloġija, il-filosofija
Livell tal-edukazzjoni dottorat
Direttur tat-teżi Heinrich Rickert (mul) Ittraduċi
Studenti dottorali Hans Jonas (mul) Ittraduċi
Herbert Marcuse (mul) Ittraduċi
Victor Farías (en) Ittraduċi
Jacob Klein (en) Ittraduċi
Walter Bröcker (mul) Ittraduċi
Hans-Georg Gadamer (mul) Ittraduċi
Fernando Huidobro Polanco (mul) Ittraduċi
Käte Bröcker-Oltmanns (mul) Ittraduċi
Lingwi Ġermaniż
Għalliema Edmund Husserl (mul) Ittraduċi
Heinrich Rickert (mul) Ittraduċi
Carl Braig (mul) Ittraduċi
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni filosofu
poeta
għalliem fl-università
xjenzat
Post tax-xogħol Marburg
Freiburg im Breisgau
Impjegaturi Università ta’ Freiburg  (1915 -  1923)
Università ta' Marburg  (1923 -  1928)
Università ta’ Freiburg  (1928 -  1958)
Xogħlijiet importanti Being and Time (en) Ittraduċi
Letter on Humanism (en) Ittraduċi
Introduction to Metaphysics (en) Ittraduċi
Black Notebooks (en) Ittraduċi
Premjijiet
List
Nominat għal
uri
  • [[Premju Nobel għal-Letteratura]]
    (1959)
    [[Premju Nobel għal-Letteratura]]
    (1960)
Influwenzat minn Edmund Husserl (mul) Ittraduċi
Friedrich Nietzsche (mul) Ittraduċi
Søren Kierkegaard
Heraclitus (en) Ittraduċi
Anaximander (en) Ittraduċi
Parmenides (en) Ittraduċi
Aristotile
Platun
Tumas t'Akwinu
John Duns Scotus (en) Ittraduċi
Immanuel Kant (mul) Ittraduċi
Franz Brentano (mul) Ittraduċi
Wilhelm Dilthey (mul) Ittraduċi
Sħubija Akkademja għax-Xjenzi u l-Arti ta’ Heidelberg
Akkademja Bavarjana tal-Belle Arti
Moviment phenomenology (en) Ittraduċi
Lebensphilosophie (en) Ittraduċi
existential philosophy (en) Ittraduċi
Servizz militari
Iġġieldu L-Ewwel Gwerra Dinjija

Martin Heidegger (twieled fis-26 ta' Settembru 1889 – miet fis-26 ta' Mejju 1976) kien filosfu influwenti Ġermaniż. L-iktar xogħol magħruf tiegħu, Essri u Żmien, hu ġeneralment meqjus fost l-iktar xogħlijiet filosofiċi importanti tas-seklu 20. Heidegger jibqa' karattru kontroversjali minħabba l-involviment tiegħu man-Naziżmu.

Ħajja u filosofija

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Mesmerhaus f'Meßkirch, fejn trabba Heidegger
Il-lapida ta' Martin Heidegger f'Meßkirch

Heidegger sostna li l-filosofija tal-Punent, sa minn żmien Platun, ma fehmitx l-essri, u kellha tendenza li tindirizza l-mistoqsija tal-essri f'termini singolari, jiġifieri xi jfisser li xi ħaġa tkun, flok xi jfisser l-essri nnifsu.

Heidegger kien jemmen li l-istudji kollha li saru fuq l-essri ffukaw fuq entitajiet partikulari u l-karattri tagħhom, jew minflok ittrattaw l-essri nnifsu bħala entità, jew sustanza b'karattru. Heidegger għalhekk issuġġerixxa li l-metodu filosofiku għandu jiġġedded, permezz ta' proċess li jeżamina l-istorja tal-filosofija nfisha.

Heidegger sostna li dan in-nuqqas ta' fehma, sa minn żmien Platun, ħalla l-marka tiegħu fuq kull stadju tal-filosofija tal-Punent. Dak kollu li nifhmu, mill-mod kif nitkellmu sal-idea tas-"sens komun", hu sensibbli għal żbalji minħabba żbalji fundamentali dwar in-natura tal-essri. Dawn l-iżbalji joħorġu fit-termini li ntużaw fl-istorja tal-filosofija — ir-realtà, il-loġika, Alla, l-għarfien, il-preżenza, eċċ. Lejn l-aħħar tal-filosofija tiegħu, Heidegger argumenta li dan jaffettwa b'mod profond il-mod kif il-bniedem jidentifika ruħu mat-teknoloġija moderna.

Ix-xogħol ta' Heidegger kien influwenti ħafna fuq il-filosofija, it-teoloġija, u l-umanitajiet. Fil-filosofija, ix-xogħol ta' Heidegger kien kruċjali fl-iżvilupp tal-eżistenzjaliżmu, l-ermenewtika, id-dekostruzzjoni, il-postmoderniżmu, u l-filosofija kontinentali. Filosfi importanti bħal Karl Jaspers, Leo Strauss, Ahmad Fardid, Hans-Georg Gadamer, Jean-Paul Sartre, Emmanuel Lévinas, Hannah Arendt, Maurice Merleau-Ponty, Michel Foucault, Richard Rorty, u Jacques Derrida kollha analizzaw ix-xogħlijiet ta' Heidegger.

Heidegger jibqa' jissemma wkoll għall-appoġġ li wera għan-Naziżmu, u kien membru tal-Partit Nazzjonali Soċjalista Ġermaniż (NSDAP) mill-1933 sa Mejju tal-1945.[1] Dawk li jappoġġjawh, b'mod speċjali Hannah Arendt, iħarsu lejn dan is-sostenn bħala żball personali, irrilevanti għall-filosofija tiegħu. Kritiċi bħall-eks studenti tiegħu Emmanuel Lévinas[2] u Karl Löwith[3] sostnew li l-appoġġ ta' Heidegger għan-Naziżmu kien immorali u jixhed żbalji fundamentali fil-ħsieb tiegħu.

  1. ↑ Sors: Hannah Arendt / Martin Heidegger by Elzbieta Ettinger, Yale University Press, New Haven, 1995, page 10
  2. ↑ "Martin Heidegger, Emmanuel Levinas\, and the Politics of Dwelling" minn David J. Gauthier, Teżi tal-Ph.D., Louisiana State University, 2004, paġna 156
  3. ↑ Karl Löwith, Mein Leben in Deutschland vor und nach 1933: ein Bericht (Stuttgart: Metzler, 1986), pġ. 57, tradotta minn Paula Wissing kif iċċitaha Maurice Blanchot f'"Thinking the Apocalypse: a Letter from Maurice Blanchot to Catherine David," fi Critical Inquiry 15:2, pġ. 476-477.